Futbol internazzjonali
Il-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv tippublika d-deċiżjonijiet għaliex Manchester City ma nstabux ħatja

Il-Qorti tal-Arbritaġġ Sportiv ippubblikat ir-raġunijiet għaliex ftit tal-ġranet ilu dawret id-deċiżjoni tal-UEFA li Manchester City ma jikkompetux f’kompetizzjonijiet Ewropej fis-sentejn li ġejjin. Skont il-UEFA, Manchester City kisru r-regolamenti tal-Financial Fair Play, imma l-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv qalet li dawn l-allegazzjonijiet ma kenux issostanzjati. Mhux biss il-Qorti dawret id-deċiżjoni tal-UEFA, talli anke l-multa li kellha titħallas tniżżlet għal €10 miljuni minn €30 miljun.

Ir-regolamenti tal-Financial Fair Play jisħqu li klabb ma jistax jiddejjen miljunI ta’ ewro sabiex jixtri l-plejers. Barra minn hekk, l-arranġamenti mal-isponsors għandhom ikunu bbażati fuq il-livell fis-suq tal-kumpanija, u mhux ikunu mezz kif taparsi l-klabb qiegħed idaħħal il-miljuni sabiex ikun jista’ jixtri plejers li jiswew ħafna. Il-UEFA kienet fetħet investigazzjoni fuq Manchester City f’Marzu 2019.

Skont il-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv, għalkemm id-dokumenti li ġew f’idejn il-UEFA kienu evidenza fihom infushom, fl-ebda ħin ma ssostanzjaw l-allegazzjonijiet li t-tranżazzjonijiet seħħew fil-verità u li allura nkisru r-regolamenti tal-FFP. Il-Qorti nnota wkoll li l-e-mails kienu mibgħuta internament fl-amministrazzjoni tal-klabb u mhux mibgħuta lill-isponsors. Barra minn hekk, kien hemm materjal li kienu ilu aktar minn ħames snin, u allura dan ma setax jittieħed inkonsiderazzjoni skont ir-regolamenti tal-UEFA stess.

Għalkemm Manchester City ma tawx l-email oriġinali lill-UEFA, il-Qorti nnotat li l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Futbol ma baqgħetx tiġri għal din l-evidenza qabel beda s-smigħ tal-kawża. Għalkemm il-Qorti fehmet li l-UEFA kellha dilemma dwar jekk iġġibx l-emails oriġinali jew inkella tiħux deċiżjoni dwar jekk Manchester City jikkompetux jew le f’kompetizzjonijiet Ewropej fl-istaġun 2020/21, iddeċidiet li l-UEFA ma setgħetx takkuża lill-klabb Ingliż b’diżonestà fit-tranżazzjonijiet tiegħu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Atalanta – PSG Fl-ewwel kwartifinali tal-UEFA Champions League, Atalanta ser jilagħbu kontra PSG f’eliminazzjoni diretta. Il-logħba ser tintlagħab fl-Estadio da Luz, f’Lisbona, il-Portugall. Atalanta deħlin għal dan il-konfront wara erba’…

Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Aktar