International Sports
Il-Qorti Żvizzera tiddeċiedi li l-atleti Russi ma jistgħux jikkompetu taħt il-bandiera tal-pajjiż

Il-Qorti Żvizzera tagħat il-verdett tagħha u ddeċidiet li atleti Russi ma jistgħux jikkompetu f’avvenimenti maġġuri taħt il-kappa tal-bandiera Russa.

Minkejja dan, il-piena tnaqqset għal sentejn mill-erba’ snin li kienet ingħatat oriġinarjament.

Din id-deċiħjoni se tħalli l-atleti Russi mingħajr il-bandiera u l-Innu tagħhom għall-Olimpjadi tas-sena d-dieħla li se jsiru f’Tokjo u għat-Tazza tad-Dinja tal-futbol li se ssir fl-2022 fil-Qatar.

DIn id-deċiżjoni hi meqjusa bħala daqqa kbira mhux biss għall-isport kollu Russu iżda anki għal pajjiż sħiħ.

Il-CAS qalet li din id-deċiżjoni finali tibda mil-lum u tibqa’ tgħodd sas-16 ta’ Diċembru 2022.

Miktub minn...
TVM Sport