Real Madrid jirbħu l-Uefa Super Cup

Real Madrid għelbu lil Sevilla 2-0 b’żewġ goals ta’ Cristiano Ronaldo biex rebħu l-Uefa  Super Cup.

Ronaldo, fl-ewwel ħdax mal-akkwisti ġodda James Rodriguez u Toni Kroos, poġġa lil Real minn fuq wara nofs siegħa logħob minn kross ta’ Gareth Bale.

L-attakkant Portugiż irdoppja fil-bidu tat-tieni taqsima.

Il-Uefa Super Cup tintlagħab bejn ir-rebbieħa tac-Champions League u l-Europa League u tradizzjonalment tiftaħ l-istaġun tal-football tal-clubs Ewropej.

Il-konfront fil-Cardiff City Stadium ta’ Wales kien l-ewwel ċans għall-manager ta’ Real Carlo Ancelotti jara l-iktar team li qatt sewa flus fl-istorja tal-football fl-azzjoni għall-ewwel darba f’logħba kompetittiva.

L-iskwadra kollha ta’ Real Madrid tiswa €659 miljun.

usc

Il-Uefa Super Cup se terga’ tintwera bħala film fuq TVM2 illejla fil-11.15 pm

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.