Futbol internazzjonali
Il-UEFA tħenn ftit għal AC Milan

Il-UEFA tat ftit tan-nifs lit-team taljan ta’ AC Milan hekk kif il-Club se jkun qed jingħata ċans itejjeb u jipprova jibbilanċja s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu fis-snin li ġejjin.

Il-UEFA permezz tal-kumitat tal-Kontroll Finanzjarju tal-Klabbs kienu ssanzjonaw lill-Milan talli kisru l-Financial Fair Play fit-tliet snin bejn l-2014 u l-2017.

Oriġinalment kollox kien qed jindika li Milan setgħu kienu sospiżi mill-kompetizzjonijiet tal-UEFA. Iżda d-deċiżjoni finali hi li Milan iridu jibbilanċjaw il-kotba finanzjarji sat-30 ta’ Ġunju tal-2021. Jekk ma jirnexxilhomx huma jkunu sospiżi sena mill-kompetizzjonijiet tal-UEFA. Milan se jinqatawlhom ukoll €12-il miljun mid-dħul tal-Europa League ta’ dan l-istaġun kif ukoll għaż-żewġ staġuni li jmiss. Sanzjoni oħra hi li Milan jistgħu biss jirreġistraw 21 plejer fl-iskwadra minn massimu ta’ 25 plejer fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA.

Kelliem għal AC Milan qal li l-Club għadu mhux deċiż jekk hux se jappellaw minn din id-deċiżjoni fit-Tribunal tal-Aribtraġġ tal-Isport.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Iċ-champions tax-xitwa tas-Slovakkja u tliet timijiet mir-Repubblika Ċeka jinsabu Malta biex jilagħbu tournament kwadrangulari għat-Tipsport Malta Cup. Is-Slovakki ta’ Slovan Bratislava: u Mlada Boleslav, bħalissa fl-għaxar post fis-Superliga Ċeka, flimkien…

Futbol internazzjonali

Gianluigi Buffon, il-gowlkiper ta’ Parsi St Germain, qal li xtaq jibqa’ ma’ Juventus biex ikun jista’ jilgħab ma’ Cristiano Ronaldo iżda d-destin ried mod ieħor. Buffon qal dan f’intevista li…

Futbol internazzjonali

Jose Mourinho, l-ex kowċ ta’ Inter FC, qal li l-aqwa tim li qatt ikkowċja kien dak ta’ Inter FC li magħhom rebaħ it-tliet trofew. Mourinho ikkowċja l-Inter bejn l-2008 u…

Futbol internazzjonali

Il-kowċ tal-Milan, Gennaro Gattuso, ġie sospiż logħba waħda mit-touchline, wara li fit-telfa tat-tim tiegħu kontra Juventus fis-Super Coppa, huwa kkonfronta lir-referee b’rabja kbira. Il-kowċ ta’ 41 sena kien voċiferu ħafna…

Aktar