Futbol lokali
Il-UEFA toħroġ bid-dati tal-UEFA Nations League, Malta tibda fit-3 ta’ Settembru fil-Gżejjer Faroe

Il-UEFA ħarġet id-dati tal-partiti li fihom se jkun qed jintlagħbu l-partiti tal-UEFA Nations League.

Malta tilgħab l-ewwel partita fit-3 ta’ Settembru fil-Gżejjer Faroe fid-20.45.

L-ewwel partita fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali tintlagħab tlett ijiem wara fis-6 ta’ Settembru kontra l-Latvja fid-20.45.

Il-partiti l-oħra ta’ Malta jintlagħbu f’dawn id-dati:

10/10/2020 (20.45) – Andorra vs Malta
13/10/2020 (20.45) – Latvia vs Malta
14/11/2020 (15.00) – Malta vs Andorra
17/11/2020 (20.45) – Malta vs Gżejjer Faroe

Id-dati tal-partiti ta’ ħbiberija kif stipulati mill-UEFA jkunu s-7/8 ta’ Ottubru u l-11 u t-12 ta’ Novembru.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Marcelo Brozovic, il-plejer Kroat ta’ Inter, kellu l-liċenzja tas-sewqan irtirata wara baqa’ għaddej minn fuq it-traffic lights meta kienu mixgħula fuq l-aħmar. L-aħbar ħarġet fil-media Taljana. Brozovic twaqqaf mill-Pulizija fiż-żona…

Futbol internazzjonali

Il-partitarji Spanjoli fakru l-10 anniversarji mir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2010 fl-Afrika t’Isfel bi stiel differenti mis-soltu, b’ħafna tatoss ma’ ġisimhom u lebsien maskri protettivi kontra l-coronavirus. It-Tazza tad-Dinja li nħarġet għall-wiri…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali ta’ Malta tat-tim tan-nisa Emma Louise Lipman ingħaqdet mal-klabb Taljan ta’ Lazio. Lipman iffirmat kuntratt ta’ sena, b’opzjoni li jiġġġedded. Lipman twieldet fl-Ingilterra iżda għanda dixxendenza Maltija u…

Futbol lokali

L-ex plejer ta’ Hamrun Spartans, il-Brażiljan Leandro Motta, se jkun qed jilgħab fil-flokk ta’ Santa Lucia mill-istaġun li ġej. Motta kien lagħab ma’ Hamrun Spartans taħt it-tmexxija tal-kowċ Jacques Scerri….

Aktar