Futbol internazzjonali
Il-UEFA toħroġ stqarrija sabiex tiddefendi l-użu tal-VAR fil-logħba Schalke – Manchester City

Il-UEFA ħarġet stqarrija dwar l-użu tal-VAR fil-logħba tar-Round tas-16 taċ-Champions League nhar l-Erbgħa li għadda, fejn Manchester City barra minn darhom għelbu lil Schalke bl-iskor ta’ 3-2. Dan wara li qamet kontroversja kbira matul il-logħba minħabba li t-tim ta’ Schalke ngħata żewġ penalties fl-ewwel taqsima permezz tal-VAR, imma li r-referee ma setax jiċċekkja mill-iscreen li jkun hemm fil-ġenb tal-ground minħabba problemi tekniċi. Dan qajjem dubji serji dwar kemm fil-verità l-VAR kienet qiegħda tintuża’ tajjeb, bit-tim ta’ Manchester City momentarjament marru minn taħt biż-żewġ penalties skurjati minn Bentaleb.

Manchester City kienu qegħdin jirbħu bl-iskor ta’ 1-0, sakemm il-ballun deher jolqot idejn Nicolas Otamendi fil-kaxxa l-kbira. Ir-referee Spanjol Carlos de Cerro Grande ħa l-isbaħ tliet minuti sabiex iddeċieda dwar jekk jagħtix il-penalty jew le u dan minħabba li l-iskrin li kien hemm mal-ġenb tal-ground ma bediex jaħdem. It-tieni penalty f’temp t’għaxar minuti ngħata wara li Fernandinho deher jiġbed u jwaqqa’ lil Salif Sane waqt freekick. Il-kontroversja qamet għaliex Sane kien jidher f’pożizzjoni t’offside x’ħin twaqqa’, imma l-fatt li hu spiċċa fl-art qabel ma’ prova jmiss il-ballun u diġa’ kien fil-kaxxa, allura seta’ jingħata l-penalty.

L-istqarrija maħruġa mill-UEFA ddefendiet bis-saħħa kollha l-użu tal-VAR, b’enfasi partikolari li l-korrettezza għandha tieħu post l-għaġla sabiex tittieħed deċiżjoni, għaliex iż-żewġ deċiżjonijiet finali li ttieħdu kienu korretti. Skont il-kap tar-referees Roberto Rosetti, il-fatt li avolja r-referee de Cerro Grande ma setax jara l-azzjoni b’għajnejh, imma bil-mod kif kienet spjegata lilu xorta wasal għal deċiżjoni finali informata u korretta, turi l-koperazzjomni eċċellenti li jkun hemm bejn l-uffiċjali tal-logħba li jaħdmu id f’id flimkien.

Il-maniġer ta’ Manchester City, Pep Guardiola qabel mal-UEFA u qal li ż-żewġ deċiżjonijiet tal-penalties kienu korretti, kif ukoll qabel li l-karta l-ħamra li ngħatat lil Otamendi kienet korretta wkoll.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-Eks midfielder internazzjonali Malti André Schembri, mistenni jħalli lil Apollon Limassolta’ Ċipru. Dan ikkonfermaħ il-player innifsu. Matul l-aħħar sentejn Schembri, f’Ċipru hu skurja 13-il gowl f’66 logħba. u lagħab ukoll fl-Europa…

Futbol internazzjonali

F’dan l-istaġun Manchester City għamlu t-treble, skurjaw 169 gowl f’61 logħba u f’diversi logħbiet kienu impressjonanti, imma għall-manager Pep Guardiola dan mhuwiex biżżejjed. Għal staġun ieħor, Manchester City fallew fil-UEFA…

Futbol internazzjonali

Juventus 1 Atalanta 1 Juventus iċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat fl-Allianz Stadium meta ġew draw kontra l-Atalanta bl-iskor ta’ 1-1. Fl-aħħar logħba f’darhom, Juventus batew xi ftit biex ħadu punt, bl-Atalanta jmorru…

Futbol internazzjonali

Illum ħarġet l-aħbar li l-player Belġjan ta’ Manchester City Vincent Kompany mhux se jibqa’ jilgħab mas-City. Kollox qed jindika li Kompany li dan l-istaġun rebaħ it-treble se jkun qed jingħaqad…

Aktar