Il-Voti lill-players Maltin, Sciberras, Camenzuli u Cremona jieħdu 7.5

RAPPORT U VOTI TA’ SANDRO MICALLEF

Għalkemm dawn it-tip ta’ servizzi bil-punti individwali lill-players Maltin wara logħbiet tan-Nazzjonal mhumiex regolari jew qatt ma jsiru fil-ġurnaliżmu Malti, ddeċidejt li nwassal l-opinjoni tiegħi permezz ta’ kumment u kritika bl-analiżi ta’ dan il-konfront li segwejt mill-qrib għall-TVM Sport f’Maltepe t-Turkija.

Il-Voti tiegħi għall-players kollha li lagħabu huma dawn:

Andrew Hogg: 6.5 Kien tajjeb b’żewġ saves fl-ewwel taqsima, ma’ kellux tort fil-1-0 iżda kellu responsabilita’ fit-2-0 ikkometta ruħu ferm qabel.

Steve Borg: 6 Kien tajjeb, sod u preċiż meta kellu ċ-ċans lagħab il-ballun u ma remiħx bl-amment, Xi kultant ipprova jkun fin iżejjed.

Joseph Zerafa: 7 L-aħjar player fl-ewwel taqsima ma waqafx minuta, naqqas ferm fit-tieni taqsima.

Gareth Sciberras: 7.5 Kien tajjeb u beda jgħin ħafna lid-difiża, beda jiġbor ħafna blalen hu. Ħafna dirty work li ġie xorta nnotat.

Andrei Agius: 7.5 Perfett fuq wara u mexxa anke tajjeb lill-Owen Bugeja ħdejħ. Beda jinstema’ jinkoraġixxi lil sħabu. Kellu  free kick tajjeb iżda ċentrali u l-ieħor devjat, aħjar fl-ewwel mar għal-placing milli għas-saħħa.

Paul Fenech: 5 Ma tantx deher fejn is-soltu. Fenech ikun iktar attiv.Ġera’ sew imma qatt ma daħal fil-logħba.

Clayton Failla: 5 Ukoll bħal Fenech kien Failla differenti fejn is-soltu. Naqqsu l-ġirjiet fl-ewwel taqsima u b’dan induna wkoll Ghedin.

Roderick Briffa: 6 Tajjeb iżda kien wisq disatnti minn Effiong. Pożizzjoni insolita. Kien ikun aħjar iktar lura fin-nofs.

Owen Bugeja: 6.5 Għall-fatt li lagħab il-logħba sħiħa ħaqqu vot iktar iżda kul ma għamel għamlu jidher faċli difensur utli għan-Nazzjonal. Jaf kif għandu jdejjaq l-attakkant avversarju.

Bkorn Kristensen: 6.5 Movimentat ħafna fl-ewwel taqsima, b’ħafna blalen jaslu għandu iżda ma kienx hemm kordinazzjoni fil-midfield.

Alfred Effiong: 6.5 Wisq waħdu fl-attakk. Kien iffastidjat diversi drabi iżda ma waqax għall-provokazzjoni. Kellu ċans tajjeb fl-ewwel taqsima iżda kien erattiku f’min tal-inqas żewġ okażżjoinijiet oħra.

Dawk li daħlu bħala sostituti

Michael Mifsud: 6 Xejn brillanti meta daħal. L-istess Mifsud bħal fil-kampjonat lokali. Ipprova ħiltu iqassam darbtejn lejn Effiong iżda naħseb iħossha wisq li ma jibdiex mil-bidu.

Clyde Borg: 5.5 Ma tantx kien fl-azzjoni, Wisq kwiet fil-ground, għandu joħroġ minn qoxortu u jilgħab kif jilgħab ma’ Floriana.

Ryan Camenzuli: 7 Tajjeb meta daħal avvanzajna l-midfield ħafna. Xi kultant jesaġera meta jipprova jaqbeż lill-avversarju kul darba li jkollu l-ballun bil-konsegwenza li jitlef il-pussess għat-team.

Llewelyn Cremona: 7.5 Kuraġġuż u bravu. Wera  li lest sabiex ikun utilizzat fil-kompetizzjoni li jmiss. Jaf jibda jkun is-sostitut ideali. Daħal b’kunfidenza liema bħala iżda sfortunat.

Andre’ Schembri: 6 Ma seta’ jagħmel xejn iktar milli għamel, kien għajjen, imma Ghedin daħħlu jilgħab għas-sagrifiċċju li għamel meta f’inqas minn 24 siegħa li lagħab ma’ Omonia

Emanuel Briffa: 6 Daħal fil-81 minuta diffiċli biex tasal għal vot iżda żgħażugħ li għandu porenzjal. Vot aċċettabbli fid-debutt.

Coach Pietro Ghedin: 6.5 Reġa’ ħareġ b’formazzjoni konservattiva ħafna b’attakkant pur wieħed biss. Kellu jdaħħal l-ewwel żewġ jew tliet sostituzzjonijiet waqt il-Half Time talk tiegħu mhux wara li bdiet i-tieni taqsima, u f’logħbiet bħal dawn trid tagħti iktar minuti lil min tkun trid tipprova.

Miktub minn...
TVM Sport
.