International Sports
Il-WADA ssib erba’ każijiet oħra ‘moħbija’ ta’ doping fir-Russja

Il-WADA il-World Anti Doping Agency kkonfermat li mill-investigazzjonijiet li baqgħet tagħmel dwar l-iskandlu ta’ doping organizzat fir-Russja sabet erba’ każijiet oħra li ħarġu waqt l-analiżi ta’ riżultati mill-laboratorji tar-RUSADA f’Moska.

Dan ħareġ waqt laqgħa tal-Eżekuttiv tal-WADA li saret il-bieraħ. Issa l-każijiet telgħu b’kollox għal 61. Il-WADA intant qed tittama li deċiżjoni finali ta’ dixxiplina fil-konfront tar-Russja u tar-Russian Anti-Doping Agency (RUSADA) tittieħed mill-CAS  qabel l-Olimpijadi ta’ Tokyo tas-sena d-dieħla.

Intant il-WADA mistennija tikteb b’mod uffiċjali lill-Aġenziji ta’ kontra d-Doping madwar id-Dinja fejn se tkun qed titlobhom pjan ta’ kif mistennija jibqgħu jaħdmu fil-kriżi COVID-19 u x’miżuri se jittieħdu biex it-testijiet tad-doping jibqgħu isiru anke f’dawn iċ-ċirkostanzi.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19. 1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex. Il-partita qed…

International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Ibburdjar

Żewġ timijiet li ser ikunu qed jisfidaw lil xulxin fl-America’s Cup kmieni s-sena d-dieħla ngħataw il-permess li jidħlu fi New Zealand biex jibdew il-preparamenti tagħhom. It-timijiet ta’ American Magic u…

Aktar