Sports Internazzjonali
Il-WADA tgħid li l-atleti jistgħu jieħdu l-vaċċin tal-Covid-19 mingħajr inkwiet ta’ doping

L-Aġenzija Dinjija ta’ Kontra d-Doping (WADA) serrħet ras l-atleti li jistgħu jieħdu t-tilqima kontra l-Covid-19 għaliex din ma timmarkax meta jsiru t-testijiet tad-doping.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-WADA, Dr Olivier Rabin, qal li ma kellhom l-ebda ħjiel li l-vaċċin kontra l-coronavirus seta’ jimmarka bħala pożittiv jekk isir test tad-doping fuq l-atleti. Hu kien qiegħed jitkellem wara li fl;-aħħar ġimgħat irċevew diversi mistoqsijiet minn atleti li ser jieħdu t-tilqima qabel jivvjaġġaw lejn Tokjo għall-Olimpjadi tas-sajf li ġej.

Dr Rabin ħeġġeġ lill-atleti biex ma jitlaqqmux eżatt qabel jivvjaġġaw lejn il-Ġappun, għaliex jekk it-tilqima tkiddhom xi ftit, taffettwa l-wirjiet tagħhom waqt il-Logħob Olimpiku.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA