Il-Waterpolo jerġa protagonista anke fl-iSportMalta Awards – Għażliet Sportivi 

SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali

F’serata mill-aqwa f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi ttellat edizzjoni oħra tal-IsportMalta Awards għażliet Sportivi Nazzjonali.

Is-serata li xxandret DIRETTA fuq TVM2 ippremjat il-kisbiet sportivi tas-sena 2015.

B’kollox ġew ippreżentati xejn inqas minn 12 il-kategorija.

L-unur prestiġġjuż ta’ l-iSportiv tas-Sena rebħu l-player tal-Waterpolo Stevie Camilleri, waqt li l-atleta Charlotte Wingfield rebħet l-award bħala Sportiva tas-Sena.

Sara Xuereb tat-TenPin Bowling ġiet magħżula bħala żagħżugħa tas-Sena, bil-player promettenti tal-Waterpolo Ben Plumpton intgħażel bħala Żagħżugħ tas-Sena.

Is-suċċessi s-sena li għaddiet bil-kwalifikazzjoni storika għall-Kampjonati Ewropej f’Belgrad ix-xahar li għadda wasslu lit-Team Nazzjonali A tal-Waterpolo jirbaħ l-award għat-team tas-Sena, bil-kowċ tal-istess team Karl Izzo jiġi magħżul bħala Kowċ tas-Sena.

L-unur tal-uffiċjal tas-sena rebħu r-referee tal-football Clayton Pisani li fl-elfejn u ħmistax anke kkontrolla partita mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League bejn Sporting Lisbon u l-Albaniżi ta’ Skenderbeu.

Iktar unuri għal Waterpolo, ix-xellugi ta’ San Ġiljan Matthew Zammit intgħażel mill-pubbliku permezz ta’ votazzjoni bl-sms bħala r-rebbieħ tal-People’s Choice Award.

Ingħataw ukoll ir-rikonoxximent għall-atleta f’Għawdex mirbuħ minn Mario Saliba, waqt li l-kungress tal-FIBA Europe tal-Basketball intgħażel bħala l-avveniment tas sena.

Żewġ rikonoxximenti ukoll lil Special Olympics Malta, Warren Schembri rebaħ fil-kategorija tal-irġiel, min-naħa l-oħra, Shania Xuereb rebħet fil-kategorija tan-Nisa.

Sadanittant waqt is-serata kien hemm diskorsi tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Chris Agius, ic-chairman ta’ Sport Malta Luciano Busuttil, il-Kap Eżekuttiv Mark Cutajar, u Charles Camenzuli f’isem l-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Miktub minn...
Rodney Vassallo