X

Il-Weightlifter Yazmin Zammit Stevens jirnexxielha tilħaq it-tragward tagħha li tiġbor €4,000

Yazmin Zammit Stevens

Weightlifting: Il-Weightlifter Yazmin Zammit Stevens irnexxielha tilħaq it-tragward tagħha li tiġbor erbat elef ewro sabiex tibda tikkompeti f’kompetizzjonijiet uffiċjali li bihom tista’ tikkwalifika għall-Olimpijadi ta’ Tokjo 2020.

F’post li tellgħat ħamest ijiem ilu Zammit Stevens qalet li minkejja li hi tirċievi għajnuna finanzjarja regolari mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting, minn SportMalta u mill-Kumitat Olimpiku Malti hi ħasset li għandha tiġbor fondi mill-ħbieb u mill-publiku sportiv u sponsors sabiex tkun tista’ tipparteċipa fis-sitt kompetizzjonijiet uffiċjali fuq perjodu ta’ sentejn li bihom tista’ tikkwalifika u tirrapreżenta lill-Malta f’Tokjo sentejn oħra.

Bl-inizjattiva #supportthedream Zammit Stevens laħqet is-somma oriġinali li kienet iffisat dik ta’ erbat elef ewro u b’hekk se tkun issa tista’ tmur it-Turkmenistan għall-kampjonat tad-Dinja. Zammit Stevens li rebħet l-unur tal-Isportiva tas-Sena 2017 qalet li il-flus iż-żejda li diġa’nġabru issa se jmorru f’fond sabiex fis-sentejn li ġejjien tikkompeti fil-World University Championships il-Polonja, il-Kampjonati Ewropej fil-Georgia, il-Logħob tal-Commonwealth fis-Samoa, il-kampjoant tad-Dinja tas-sena 2019 it-Tajlandja u l-aħħar kwalifikazzjoni il-kampjonati ewropej ftit tax-xhur qabel l-Olimpijadi ta’ Tokjo.

 

Sandro Micallef :Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.