International Sports
Il-World Company Sports Games 2021 f’Ateni posposti għal Ottubru li ġej

Il-World Company Sports Games 2021, li kienu ppjanati li jsiru bejn is-16 u l-20 ta’ Gunju 2021 f’Ateni, fil-Grecja, qed jigu posposti u issa se jsiru bejn is-6 u l-10 ta’ Ottubru 2021.

Permezz ta’ komunikat ufficjali li ħareg f’dawn il-jiem, il-President tal-World Federation for Company Sport, Didier Besseyre, ħabbar li dawn il-Games kellhom jerggħu jigu posposti għat-tieni darba kawza tal-pandemija Covid-19 li sfortunatament għadha qed taħkem f’għadd mhux ħażin ta’ pajjizi, kemm Ewropej, kif ukoll f’partijiet oħra tad-dinja.

Għaldaqstant, il-MESA, qed tieħu l-passi kollha meħtiega biex il-kontinġent li kien qed jipprepara li jmur fil-Greċja f’Gunju, jiġi infurmati bl-aħħar żviluppi u titlob lill-atleti jikkonfermaw jekk humiex lesti li jibqgħu jiffurmaw parti mill-kontinġent li issa se jmur f’Ateni f’Ottubru li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport