Snooker
Il-WPBSA bi ftehim mal-Awtorita’ Maltija tal-Logħob

Il-World Professional Billiards & Snooker Association iffirmat ftehim ta’ kollaborazzjoni mal-Awtorita’ Maltija tal-Logħob sabiex taqsam magħha informazzjoni u data dwar il-kompetizzjonijiet kollha li torganizza.

Nigel Mawer il-Viċi Chairman tal-WPBSA qal li dan hu pass importanti għall-Isnooker sabiex tkompli l-ġlieda kontra l-imħatri illegali u l-match fixing.

Antonio Zerafa f’isem l-MGA qal li f’dawn iż-żmienijiet straordinarji kien hemm qalba mill-interess fit-team sports għal Sport individwali u kien għalhekk li hu tajjeb li kien iffirmat dan il-ftehim ukoll ma’ din l-Assoċjazzjoni sabiex tkun żgurata aktar trasparenza f’dan l-Isport u tkompli l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.