Illejla ċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob tal-Commonwealth mil-10pm LIVE fuq TVM2

Illejla ċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-20 edizzjoni tal-Logħob tal-Commonwealth.

Pajjiżna se jkun fost il-71 pajjiż u territorju tal-Commonwealth li se jipparteċipaw.

B’kollox, 27 atleta minn 9 dixxiplini se jirrappreżentaw lil Malta f’din l-edizzjoni.

Il-kontinġent Malti mmexxi mill-President Julian Pace Bonello u mis-Segretarju Ġenerali Joe Cassar, għandu bħala chef de mission lil Mark Cutajar u bħala assistent chef de mission William Beck.

L-atleta Kevin Arthur Moore se jġorr il-bandiera Maltija waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ.

It-Tlieta fil-għaxija, l-Prim Ministru Joseph Muscat żar lis-27 atleta Malti li se jipparteċipaw f’din l-20 edizzjoni tal-logħob.

Il-laqgha saret fil-villaġġ tal-atleti qrib Glasgow.

Illejla iċ-ċerimonja tal-ftuħ se ssir f’Celtic Park fil-presenza tar-Reġina Eliżabetta II, u għaliha mistennija jattendu madwar 40,000 ruħ.

Iċ-ċerimonja se tixxandar LIVE fuq TVM2 mil-10pm ‘l quddiem.

Il-lista ufficjali ta’ atleti li se jirrapprezentaw lil Malta:

ATLETIKA :
Diane Borg
Rebecca Camilleri
Rachel Fitz
Sare’ Rebecca
Kevin Moore

ĠINNASTIKA :
Kirsty Caruana
Peppina Dalli
Adreana Zammit

JUDO:
Isaac Bezzina
Jeremy Saywell
Marcon Bezzina

LAWN BOWLS:
Carmela Spiteri
Leonard Callus
John Parnis

SPARAR :
Eleonor Bezzina
William Chetcuti
Nathan Xuereb
Brian Galea

SQUASH:
Kimberly Borg Cauchi
Colette Sultana
Bradley Hindle
Daniel Zammit Lewis

TRIATHLON:
Danica Spiteri
Keith Galea

WEIGHTLIFTING:
Jessica Edge

WRESTLING:
Adam Vella
David Galea

Miktub minn...
Rodney Vassallo