Regatta
Illejla diskussjoni dwar ir-Regatta waqt TVM Sports fuq TVM2 fid-8.45pm

Illejla TVM Sport se jkun qed jippreżenta programm ta’ diskussjoni dwar ir-Regatta. Apparti analiżi relatata mar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien ta’ din is-sena fil-programm se ssir diskussjoni dwar dan l-isport inġenerali. Mistiedna ta’ Sandro Micallef illejla, Stephen Paris u Franco Scicluna President u Viċi President rispettivament tal-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor u Evan Buttigieg President tal-Club ta’ Bormla. Illejla fid-8.45pm fuq TVM2

Ritratt: Thomas Camilleri Mallia (TCM Photography)

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Regatta

Il-Mapfre Middlesea Euromed International Championships ingħataw bidu llum fil-Bajja tal-Mellieħa. Organizzati mill-Malta Young Sailors Club u sponsorjata minn Yachting Malta, ir-regatta laqgħet 230 baħħara li kkompetu fil-Klassijiet tal-Optimist u tal-Laser….

Regatta

Il-flotta ta’ dgħajjes li se jkunu qed jieħdu sehem fil-BOV Gozo Regatta ta’ din is-sena, se jkunu qed jitħabtu ma’ rjiħat qawwija u mewġ qawwi waqt dan l-avveniment annwali ta’…

Regatta

Bormla rebħu x-Shield tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja 2019 għall-għoxrin darba fl-istorja tagħhom. Dan is-suċċess wasal wara li huma rebħu l-ħames tiġrijiet tal-kategorija Open fejn tellgħu total ta’ 88 punt. Huma rebħu…

Aktar