Futbol internazzjonali
Illejla fuq TVM2 il-FIFA Football Awards

Illejla ssir edizzjoni oħra tal-FIFA Football Awards li se tippremja l-aħjar player tal-istaġun 2017/18. Is-serata tal-lejla tibda fit-8.30pm qed tiġi mxandra diretta fuq TVM2.

Cristiano Ronaldo, Luka Modric u Mohamed Salah qed jikkonestaw bejniethom l-unur tal-aħjar player. Jekk ikun Ronaldo li jirbaħ dan l-unur ikun it-tielet award konsekuttiv hekk kif rebaħ dan l-unur fl-aħħar żewġ edizzjonijiet.

Għall-unur tal-aħjar goalkeeper il-finalisti huma l-Franċiż Hugo Lloris, il-Belġjan Thibaut Courtois u d-Daniż Kasper Schmeichel.

Għall-unur tal-aħjar coach sfida bejn żewġ coaches Franċiżi Zinedine Zidane, u Didier Deschamps fejn magħhom fost il-finalisti hemm il-Kroat Zlatko Dalic coach tat-team Nazzjonali ta’ pajjiżu.

F’dak li għandu x’jaqsam l-unur al-aħjar player tal-football tan-nisa il-kontestazzjoni hi bejn iż-żewġ players ta’ Olympique Lyonnais Ada Hegerberg u Dzsenifer Marozsan, flimkien mal-Brażiljana Marta.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Chelsea ġew sospiżi għal żewġ transfer windows mill-FIFA u mwaħħla 600,000 frank żvizzeru wara li nstabu ħatja li kisru Artiklu 19 tar-regolamenti dwar reġistrazzjonijiet tal-plejers. Il-FIFA qalu li Chelsea kisru…

Futbol internazzjonali

Illum wara nofsinhar telgħu l-poloz tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League. L-ewwel leg jintlagħab fis-7 ta’ Marzu mentri t-tieni leg jintlagħab fl-14 ta’ Marzu. Il-poloz kollha huma dawn: Chelsea –…

Futbol internazzjonali

Il-UEFA ħarġet stqarrija dwar l-użu tal-VAR fil-logħba tar-Round tas-16 taċ-Champions League nhar l-Erbgħa li għadda, fejn Manchester City barra minn darhom għelbu lil Schalke bl-iskor ta’ 3-2. Dan wara li…

Futbol internazzjonali

Illejla tibda s-27 ġurnata tal-Kampjonat Premier Ingliż b’żewġ logħbiet li t-tnejn jibdew fid-20:45. Fil-Cardiff City Stadium, Cardiff jilqgħu lil Watford filwaqt li fl-Olympic Stadium ta’ Londra, West Ham jilagħbu kontra…

Aktar