Futbol lokali
Illejla Hibernians jittamaw li jdawru r-riżultat kontra Flora Tallinn f’Ta’ Qali

Fis-18:00 tal-lejla, fl-Istadium Ċentinarju, Hibernians jilagħbu t-tieni leg tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League. Il-Pawlisti jiltaqgħu kontra Flora Tallinn tal-Estonja, bit-tama li jdawru r-riżultat tal-ġimgħa li għaddiet.

F’Tallinn, it-tim Estonjan kien ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 2-0, u għaldaqstant il-kowċ Stefano Sanderra u t-tim Pawlist għandhom muntajna quddiemhom sabiex idawru r-riżultat tal-ewwel leg.

Sanderra ser ikollu barra mit-tim lil Sergio Raphael li jinsab sospiż.

Il-logħba tal-lejla ser tkun ikkontrollata mir-referee Manfredas Lukjancukas mill-Federazzjoni tal-Litwanja. Il-logħba ser tintwera diretta fuq TVM2.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA