Basketball
Illejla l-ewwel playoff tal-Kampjonat Mapfre MSV Life tan-Nisa

Fil-padiljun ta’ Ta’ Qali illejla l-ewwel minn sensiela ta’ ħames playoffs bejn it-timijiet ta’ Hibernians u Starlites għall-kampjonat Mapfre MSV Life tan-Nisa.

Il-finalisti Hibernians u Starlites kienu ppreżentati lill-media lbieraħ: fejn għal Hibernians tkellmu l-kowċ Tony Camilleri u l-captain Elena Cassar: li t-tnejn kienu tal-fehma li minkejja li għandhom iktar players ta’ esperjenza mqabbla mal-avversarji, xorta ma jħossuhomx favoriti.

Il-captain ta’ Starlites Samantha Farrugia u l-player Spanjola Patricia Arguello qalu li huma konvinti li jistgħu jtemmu l-istaġun bil-kbir.

Il-kampjonat imur għand it-team li jirbaħ tlieta mill-ħames playoffs. It-tieni playoff hija skedata għall-Ħadd li ġej, u t-tielet waħda għal nhar l-Erbgħa 24 ta’ dan ix-xahar.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League