Illejla: Live-streaming Kavallieri – PAOK mill-European Cup tal-Hockey tan-Nisa

It-team tan-nisa ta’ Kavallieri illejla jilgħab l-ewwel leg tat-tielet round tal-European Cup kontra PAOK tal-Greċja.

Il-partita se tkun streamjata diretta hawnhekk fuq tvm.com.mt/sport u fuq il-paġna uffiċjali ta’ Television Malta fuq Facebook mis-6.

Il-kompetizzjoni hija organizzata mill-Federazzjoni Ewropeja tal-Hockey, bil-parteċipazzjoni ta’ wieħed u erbgħin club minn tmintax-il pajjiż.

Din hija l-ewwel darba li Kavallieri, champions lokali tal-handball tan-nisa, qed jieħdu sehem fil-European Cup.

Il-club Malti kien seeded direttament għat-tielet round tal-kompetizzjoni wara li xi timijiet irtiraw minħabba s-sitwazzjoni attwali tal-COVID. Għall-istess raġuni u bi qbil mat-team Grieg, iż-żewġ legs normalment fuq bażi ta’ home u away se jintlagħbu t-tnejn hawn Malta: fil-kumpless sportiv tal-Università.

Min jirbaħ bl-aggregate jgħaddi għar-Round tas-16.

Iż-żewġ partiti se jintlagħbu bil-bibien magħluqa u t-tnejn se jkunu streamjati minn TVMSport. It-tieni leg tintlagħab nhar il-Ħadd li ġej fis-6.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.