Futbol lokali
Illejla Malta – Żvezja, diretta TVM2, xandira li tibda fit-20.00

Illejla tintlagħab Malta – Żvezja, partita minn Grupp F ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2020.

Din hi s-7 partita fil-grupp għaż-żewġ timijiet. Malta s’issa għandha 3 punti bir-rebħa akkwistata ftit tax-xhur ilu fl-istadium nazzjonali kontra l-Gzejjer Faroe.

Il-Gzejjer Faroe se jkunu proprju t-tieni avversarji ta’ Malta t-Tlieta li ġej bit-tieni partita li tintlagħab fi ftit jiem.

Fl-ewwel partita bejn it-tnejn f’Solna, l-Iżvezja għelbu lil Malta bi skor ta’ 3-0.

It-tim nazzjonali Malti tilef l-aħħar 5 partiti mingħajr ma skurja gowl. Fl-Istorja bejn iż-żewġ pajjizi, l-Iżvezja rebħu 12-il partita minn 12 li ntlagħbu.

Referee tal-partita se jkun Sergei Ivanov mill-Federazzjoni tar-Russja.

Malta – Żvezja fid-8.45pm tixxandar dirett fuq TVM2 bi programm specjali eżattament wara fejn nieħdu l-ewwel reazzjonijiet diretti tal-protagonisti u nkomplu nsegwu l-gowls  kollha taż-żewġ partiti l-oħra tal-ġurnata minn Grupp F, il-Gżejjer Faroe kontra r-Rumanija u n-Norveġja kontra Spanja.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Floriana huma champions tal-football Malti wara vot fil-kunsill tal-MFA: u b’votazzjoni separata Tarxien Rainbows se jżommu posthom fil-Kampjonat BOV Premier li l-istaġun li ġej se jkollu sittax-il team. Nadur Youngsters…

Futbol lokali

Il-Kunsill tal-MFA ivvota wkoll favur it-tielet mozzjoni li kien hemm fil-ġurnata u biha Nadur Youngsters FC saru Champions tal-futbol Għawdxi. 55 vot kienu favur din il-mozzjoni, erbgħa kienu kontra u…

Futbol lokali

Floriana FC huma ċ-Champions il-ġodda tal-futbol Malti. Id-deċiżjoni ttieħdet ftit tas-sekondi ilu mill-Kunsill tal-Malta Football Association. Il-voti ntefgħu hekk: 47 favur il-klassifiċi preżenti, 18 kontra, u astjenew 10 persuni. Dan…

Futbol lokali

L-ewwel vot li ttieħed illum wara nofsinhar fil-Kunsill tal-MFA kien dak favur li l-ebda tim ma jiġi relegat mill-ebda diviżjoni. 45 vot kien favur din il-mozzjoni mentri 18 ivvutaw li…

Aktar