Regatta
Illejla programm speċjali fuq TVM2 dwar ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien 2019

TVM Sports illejla se jkun qed ixandar programm speċjali dwar ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien li saret nhar il-Ħadd li għadda li ntrebħet minn Bormla.

Il-programm tal-lejla se jinkludi fiħ sinteżi tat-tiġrijiet kollha bil-kummentarju ta’ Sandro Micallef.

Edizzjoni speċjali Regatta Jum il-Ħelsien illejla (it-Tlieta) fid-8.45pm fuq TVM2.

Intant fuq talba ġenerali l-programm TVM Sports ta’ nhar il-Ħamis se jkun ukoll dedikat kollu kemm hu għall-edizzjoni ta’ din is-sena tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien 2019.

Ritratt: Thomas Camilleri Mallia TCM Photography

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Regatta

Bormla rebħu x-Shield tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja 2019 għall-għoxrin darba fl-istorja tagħhom. Dan is-suċċess wasal wara li huma rebħu l-ħames tiġrijiet tal-kategorija Open fejn tellgħu total ta’ 88 punt. Huma rebħu…

Regatta

Bħal-lum ġimgħa festa publika fil-gżejjer Maltin fejn nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru tkun iċċelebrata l-Festa tal-Vitorja bl-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor torganizza edizzjoni oħra tar-Regatta. B’kollox din is-sena se…

Aktar