Futbol internazzjonali
Illejla ssir is-serata tal-Ballun tad-Deheb, Messi mistenni jirbħu għal darb’oħra

It-Tnejn filgħaxija se ssir is-serata tal-Ballun tad-Deheb fejn qiegħed jissemma’ li Lionel Messi ser jirbaħ dan l-unur għas-sitt darba fil-karriera tiegħu. Dwar dan tkellem id-difensur ta’ Liverpool Virgil van Dijk li huwa wkoll wieħed mill-plejers li jista’ jirbaħ dan l-unur. Wara l-logħba kontra Brighton is-Sibt li għadda, fejn van Dijk skorja ż-żewġ gowls li bihom ir-Reds ħarġu rebbieħa, l-Olandiż qal li fis-serata tal-unuri mhux ser ikun hemm telliefa. Qal li huwa kuntent ħafna li qiegħed jissemma’ ma’ wħud mill-aqwa plejers tad-dinja u dan għaliex kellu sena tajba ħafna kemm ma’ Liverpool u anke mal-Olanda.

Fuq Twitter deher ritratt li indika kif ser ikunu l-pożizzjonijiet finali, b’Messi fl-ewwel post segwit minn van Dijk, fit-tielet post Mohamed Salah segwit minn Cristiano Ronaldo, Sadio Mane u Alison Becker. Jekk din il-lista hija minnha, allura erbgħa mill-ewwel sitt plejers jilagħbu ma’ Liverpool.

Is-sena li għaddiet dan l-unur intrebaħ mill-midfielder Kroat Luka Modric, li rnexxielu jgħin lil pajjiżu jasal sal-finali tat-Tazza tad-Dinja għall-ewwel darba, kif ukoll rebaħ il-UEFA Champions League ma’ Real Madrid fl-2018.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho ftiehem ma’ Manchester United dwar il-paga li ser jaqla’ f’Old Trafford. Iż-żagħżugħ t’20 sena għamilha ċara ma’ Dortmund li jixtieq jirritorna l-Ingilterra matul dan…

Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Futbol internazzjonali

Lecce 3   Parma 4 Lecce tilfu l-aħħar logħba tagħhom fis-Serie A meta laqgħu għandhom lil Parma u tilfu 4-3. Parma fetħu żewġ gowls vantaġġ qabel in-nofs siegħa logħob meta l-ewwel…

Aktar