Futbol internazzjonali
Illejla tintlagħab il-finali tat-Tazza Franċiża

Illejla fl-iStade de France tintlagħab il-finali tat-Tazza Franċiża bejn Paris Saint Germain u Lyon. Din ser tkun is-sitt finali għal PSG fl-aħħar seba’ staġuni u d-disa’ waħda fl-istorja tal-klabb. Ir-rekord tal-Pariġini huwa wieħed tajjeb ħafna għaliex mid-disa’ finali li lagħbu tilfu waħda biss.

Għal Lyon l-istorja hija xi ftit aktar modesta. Waslu sal-finali ta’ din il-kompetizzjoni ħames darbiet, u rebħu dan l-unur darba biss.

Il-logħba tibda fid-21:10.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho ftiehem ma’ Manchester United dwar il-paga li ser jaqla’ f’Old Trafford. Iż-żagħżugħ t’20 sena għamilha ċara ma’ Dortmund li jixtieq jirritorna l-Ingilterra matul dan…

Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Aktar