Futbol internazzjonali
Illejla tirritorna l-Uefa Champions League : Manchester United – PSG diretta fuq TVM2

Illejla tirritorna l-Uefa Champions League bl-ewwel żewġ logħbiet mill-fażi tal-aħħar sittax ta’ din il-kompetizzjoni. F’Old Trafford Manchester United jilqgħu lil Paris Saint-Germain f’logħba klassifika bejn żewġ timijiet kbar. Wara t-tneħħija ta’ Jose’ Mourinho, ir-Red Devils taħt Ole Gunnar Solskjaer irkupraw bil-kbir fejn kisbu tmien rebħiet u draw minn disa’ logħbiet u jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika. Issa jridu li jdawru l-forma domestika tajba li għaddejjin minnha għall-Ewropa fejn quddiemhom isibu lil Paris Saint-Germain, leaders assoluti tal-Ligue 1 fi Franza. In-nuqqas ta’ Cavani u Neymar fost l-oħrajn jista jeffettwa b’mod negattiv lil PSG. Iżda xorta l-kwalita’ fit-tim Franċiz hija waħda vasta bi players bħal Draxler u Mbappe jmexxu l-attakk tagħhom. Manchester United – Paris Saint-Germain diretta fuq TVM 2 illejla fid-9pm.

Fil-logħba l-oħra Roma jilqgħu fl-Olimpico lil Porto. It-tim mill-kapitali Taljana kisbu rebħa kbira ta’ 3-0 fi tmiem il-ġimgħa barra minn darhom kontra Chievo. Logħba li tlaqqa lil Roma kontra t-tim t’esperjenza ta’ Porto li minkejja huwa wieħed mill-anqas timijiet ikkwotati mill-aħħar sittax xorta kapaċi joffri sfida denja.

Intant fil-logħbiet tal-lejla għall-ewwel darba fl-istorja tal-Uefa Champions League ser tintuża l-VAR.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

West Ham United komplew telgħin aktar il-fuq fil-klassifika tal-Kampjonat Premier dan wara li l-bieraħ huma għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 3-1. Kienu Fulham li fetħu l-iskor wara biss tlett minuti…

Futbol internazzjonali

Chelsea ġew sospiżi għal żewġ transfer windows mill-FIFA u mwaħħla 600,000 frank żvizzeru wara li nstabu ħatja li kisru Artiklu 19 tar-regolamenti dwar reġistrazzjonijiet tal-plejers. Il-FIFA qalu li Chelsea kisru…

Futbol internazzjonali

Illum wara nofsinhar telgħu l-poloz tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League. L-ewwel leg jintlagħab fis-7 ta’ Marzu mentri t-tieni leg jintlagħab fl-14 ta’ Marzu. Il-poloz kollha huma dawn: Chelsea –…

Futbol internazzjonali

Il-UEFA ħarġet stqarrija dwar l-użu tal-VAR fil-logħba tar-Round tas-16 taċ-Champions League nhar l-Erbgħa li għadda, fejn Manchester City barra minn darhom għelbu lil Schalke bl-iskor ta’ 3-2. Dan wara li…

Aktar