Futbol internazzjonali
Illejla tirritorna l-UEFA Champions League wara waqfa ta’ ħames xhur

Wara nuqqas ta’ ħames xhur, mil-lejla tirritorna l-aqwa kompetizzjoni Ewropea, il-UEFA Champions League. Żewġ logħbiet illejla u tnejn oħra għada jiddeċiedu erba’ kwartifinalisti ta’ din il-kompetizzjoni.

Juventus – Lyon (agg. 0-1)

Fl-Allianz Stadium ta’ Turin, Juventus jospitaw lil Lyon u jittamaw li jdawru r-riżultat wara li fl-ewwel leg fi Franza kienu ħarġu telliefa 1-0. Għal ta’ La Vecchia Signora, Maurizio Sarri ser ikollu barra lil Douglas Costa, De Sciglio u Khedira filwaqt li Dybala jinsab dubjuż jekk ikollux sehem f’dan il-konfront. Il-vantaġġ li ser ikollhom Juventus illejla hu li m’ilhomx wisq ma jilagħbu logħba kompetittiva, għaliex is-Serie A kien l-aħħar kampjonat li spiċċa fl-Ewropa, filwaqt li Lyon ilhom ma jilagħbu minn Marzu, u li allura taf tagħmel id-differenza kollha.

 

Manchester City – Real Madrid (agg. 2-1)

Konfront mistenni fl-Etihad Stadium meta Manchester City ser jospitaw lil Real Madrid u jittamaw li jeliminaw lill-aqwa tim ta’ din il-kompetizzjoni matul is-snin. Fl-ewwel leg fis-Santiago Bernabeu s-City kienu ħarġu rebbieħa 2-1 u allura fil-konfront tal-lejla anke telfa ta’ 1-0 tarahom jgħaddu għall-kwartifinali.

Pep Guardiola ser ikun mingħajr is-servizzi ta’ Aguero u Mendy, biss għandu diversi plejers fuq min idur, l-istess kif għandu Zinedine Zidane li iżda l-lkista tiegħu ta’ plejers imweġġa’ hija ftit aktar estensiva. Real Madrid ser ikunu mingħajr Bale, li mhux ser jilgħab fuq deċiżjoni tal-kowċ, filwaqt li Diaz imweġġa’ u l-captain Sergio Ramos jinsab sospiż. Barra dawn, hemm dubjużi Marcelo u Eden Hazard li għadhom iridu jagħmlu xi testijiet mediċi qabel ikun deċiż jekk jilagħbux jew le.

 

Iż-żewġ logħbiet tal-lejla jibdew fid-21:00 bil-konfront fl-Etihad Stadium ser jintwera dirett fuq TVM2.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Futbol tan-Nisa: It-Tlieta t-tim Nazzjonali Malti tal-futbol jkun impenjat f’logħba fis-Centenary Stadium kontra d-Danimarka logħba valida minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Women’s EURO 2022. In-nukleu ta’ plejers imsejħa għal…

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita li Malta trid tilgħab kontra d-Danimarka, it-Tlieta li ġej. Il-partita hi valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropew…

Aktar