Futbol internazzjonali
Illum jaħbat it-62 anniversarju mit-traġedja tal-‘Busby Babes’

Kien is-6 ta’ Frar tal-1958, eżattament 62 sena ilu, meta l-ajruplan tat-tip British European Airways Flight 609 kraxxja wara tliet tentattivi fit-tluq tiegħu. L-inċident seħħ fl-ajruport ta’ Munich fil-Ġermanja.

Abbord l-ajruplan kien hemm it-tim ta’ Manchester United, imsejħa “Busby Babes”, flimkien ma’ xi partitarji u ġurnalisti.

20 mill-44 persuna fuq l-ajruplan tilfu ħajjithom fuq il-post tal-inċident.

Dawk midruba, uħud minnhom mitlufa minn sensihom, ittieħdu fl-isptar Rechts der Isar, fejn ftit tal-ħin wara, it-total tal-imwiet telgħa għal 23.

Dawk li salvaw u rkupraw minn dan ix-xokk qawwi kienu 21 persuna.

Manchester United kienu qed jirritornaw lura d-dar minn Belgrad, fil-Jugoslavja, wara li eliminaw lil Red Star Belgrade u avvanzaw għas-semifinali tat-Tazza Ewropea.

L-ajruplan li kienu abbord fuqu Manchester United waqaf fi Munich biex jieħu l-fuel u jkompli bit-titjira lejn l-Ingilterra.

Għaddew 10 snin minn dak l-inċident biex ir-Red Devils reġgħu bnew tim u rebħu bih.

L-ewwel unur għaihom kien wasal fl-1968 bil-ġenerazzjoni ġdida tal-plejers imsejħa “Babes”.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Manchester City ġew sospizi sentejn milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej, UEFA Champions League u UEFA Europa League, għal ksur serju fir-regoli tal-financial fair play. Apparti din is-sospensjoni li tista tiġi appellata,…

Futbol internazzjonali

Tard ilbieraħ filgħaxija, il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli u d-Direttur Ġenerali Fabio Paratici, sejħu lill-kowċ Maurizio Sarri biex miegħu jiddiskutu l-futur ta’ Juventus għal kumplament tal-istaġun. Jidher li din il-laqgħa…

Futbol internazzjonali

Juergen Klinsmann irriżenja minn kowċ ta’ Hertha Berlin wara 10 ġimgħat biss minn meta nħatar. Klinsmann qal li kemm ilu fil-kariga sab nuqqas ta’ appoġġ u fiduċja. L-ex Champion tad-Dinja…

Futbol internazzjonali

It-tliet darbiet rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja, Edson Arantes Do Nascimento Pele, ma jridx joħroġ mid-dar minħabba li ma jistax jimxi sew u mingħajr l-għajnuna ta’ ħaddieħor. Din l-aħbar żvelaha ibnu stess,…

Aktar