Snooker
Illum jibdew l-Kampjonati Nazzjonali tal-isnooker u l-billiards 2017/2018

Illum jibda l-ewwel rawnd tal-kampjonati nazzjonali tas-snooker u billiards, organizzati mill-Malta Billiards and Snooker Association. Dawn jinqasmu f’ħames diviżjonijiet:- Premier, First, Second, Third u Masters, (‘il fuq minn 40 sena).

Fl-ewwel tliet diviżjonijiet se jieħdu sehem 20 plejer f’kull diviżjoni, tnax-il plejer fit-tielet diviżjoni u sittax fil-Masters.

Se jsiru wkoll il-kampjonat tal-billiards b’sitt plejers u dak tat-timijiet tas-snooker b’disa’ timijiet. L-ewwel rawnd jiġi fi tmiemu fl-10 ta’ Jannar 2018.

Ir-rebbieħ renjanti Duncan Bezzina se jibda l-impenji tiegħu fl-24 ta’ Novembru meta jilgħab kontra Tony Mifsud fl-Anglo Maltese League fil-Belt Valletta.

Dan l-istaġun hu ferm importanti għal din l-Assoċjazzjoni peress li fl-ewwel xhur tas-sena 2018 se tiġi inawgurata akkademja ġdida.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Malta se tkun irrappreżentata mill-plejer professjonali Alex Borg u ż-żagħzugħ Brian Cini li flimkien se jiffurmaw it-tim Malti għat-Tazza tad-Dinja tas-Snooker ta’ din is-sena organizzata mill-World Snooker Association. Dan it-turnament…

Snooker

Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg għada t-Tlieta jħalli Malta biex jibda l-impenji tiegħu fil-Main Tour organizzat mill-World Snooker wara li l-ġimgħa l-oħra kkwalifika minn tournament ta’ kwalifikazzjoni li sar…

Snooker

Bħalissa, diversi plejers Maltin tal-iSnooker jinsabu jipparteċipaw fil-Kampjonat Ewropew li qiegħed isir f’Belgrad, is-Serbja. Fil-kategorija tal-Masters: Simon Zammit rebaħ kontra Gary Kinnear tal-iSkozja u Holger Marth tal-Ġermanja, imma tilef kontra…

Aktar