Futbol internazzjonali
Illum kellu jibda t-tournament tal-Euro 2020 madwar l-Ewropa kollha

It-12 ta’ Ġunju 2020. Il-ġurnata li fiha kellu jibda t-tournament tal-Euro 2020. Kieku mhux għall-pandemija Covid-19, bejn illum u t-12 ta’ Lulju, fl-Ewropa kien ser isir spettaklu ta’ futbol f’pajjiżi differenti. Dan it-tournament kien ser jimmarka s-60 anniversarju mill-oriġini tiegħu, u din l-edizzjoni kellha tkun l-ewwel waħda tax-xorta tagħha, li tintlagħab f’pajjiżi differenti madwar l-Ewropa kollha.

L-Istadio Olimpico kellu jkun il-post fejn tintlagħab il-logħba inawgurali bejn l-Italja u t-Turkija, u filwaqt li f’kundizzjonijiet normali matul il-ġurnata tal-lum eluf ta’ partitarji kienu ser jinġabru fl-istadium isegwu lit-tim favorit tagħhom, minħabba l-pandemija kollox ser jibqa’ silenzjuż, bl-Olimpico jibqa’ magħluq.

Dan it-tournament ser isir is-sena d-dieħla, bejn il-11 ta’ Ġunju u l-11 ta’ Lulju fi 12-il belt differenti madwar l-Ewropa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA