Futbol lokali
Imanol Iriberri se jsir plejer ta’ Hamrun Spartans FC fis-sigħat li ġejjin

L-ex attakkant ta’ Hibernians FC Imanol Iriberri, se jsir plejer ta’ Hamrun Spartans FC fis-sigħat li ġejjin.

Iriberri hu attakkant mill-Arġentina ta’ 32 sena.

Dan se jkun akkwist ieħor għal Hamrun Spartans FC minn meta l-imprenditur Joseph Portelli ħa f’idejh l-iskwadra u l-proġett tal-Victor Tedesco Stadium.

Iriberri kien ingħaqad mat-tim ta’ Raħal Ġdid f’Settembru li għadda u skurja tmien gowls fi staġun.

Hamrun Spartans FC sejħu rally għall-partitarji tagħhom illejla mis-19.30 ’il quddiem, fil-pjazza tal-Kunsill Lokali.

Fir-rally tal-lejla mistennija jitkellmu l-President Nunzio Antignani u l-istess Portelli u se jkunu ppreżentati l-plejers il-ġodda.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hekk kif il-ftuħ tal-istaġun tal-football 2020/21 bl-impenji tal-Clubs Maltin fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA riesaq iktar viċin, l-MFA fiċ-ċirkostanzi preżenti qed tħejji u tintensifika l-protokolli mediċi interni tagħha biex fl-eventwalita’ li l-Clubs Maltin…

Futbol lokali

Tmintax -il organizazzjoni mhux governattiva irċevew donazzjonijiet mill-Malta Football Association bħala parti mill-proġett ta’ Social responsibility : Football For Life programme. Dawk li rċevew id-donazzjonijiet kienu : Puttinu Cares, Dar…

Futbol lokali

Valletta kontra Birkirkara hija l-iktar logħba attraenti tal-ewwel ġurnata tal-kampjonat BOV Premier tal-istaġun 2020/21 li se jibda fil-11 ta’ Settembru. Fl-ewwel ġurnata ċ-Champions renjanti Floriana jaffrontaw lil Gżira United. Dan…

Aktar