Formula 1
Imħabbra l-ewwel tmint itlielaq tal-istaġun tal-Formula 1

Iċ-ċirkwiti tar-Red Bull Ring u Silverstone ser jospitaw żewġ Grand Prix meta jibda l-istaġun f’Lulju li ġej. Ir-Red Bull Ring tal-Awstrija ser jospita l-ewwel żewġt itlielaq, ġimgħa wara l-oħra, fil-5 u t-12 ta’ Lulju. It-tlielaq ser ikunu msejħa bħala l-Grand Prix tal-Awstrija u l-Grand Prix ta’ Steiemark (Styria), għar-reġjun fejn jinstab iċ-ċirkwit.

Iċ-ċirkwit ta’ Silverstone fl-Ingilterra ser jospita l-Grand Prix tat-2 u d-9 t’Awwissu, bl-ewwel tellieqa fiċ-ċirkwit ser tissejjaħ il-Grand Prix tal-Gran Brittanja u t-tieni waħda ser tkun il-Grand Prix tas-70 Anniversarju.

Wara l-ewwel żewġt itlielaq fl-Awstrija, it-timijiet ser imorru l-Ungerija għat-tellieqa tad-19 ta’ Lulju, bi tlielaq oħra ser isiru fi Spanja, l-Belġju u l-Italja.

L-ewwel tmint itlielaq tal-istaġun ser ikunu:

Il-Ħadd 5 ta’ Lulju – Awstrija
Il-Ħadd 12 ta’ Lulju – Awstrija

Il-Ħadd 19 ta’ Lulju – Ungerija

Il-Ħadd 2 t’Awwissu – Ingilterra
Il-Ħadd 9 t’Awwissu – Ingilterra

Il-Ħadd 16 t’Awwissu – Spanja

Il-Ħadd 30 t’Awwissu – Belġju

Il-Ħadd 6 ta’ Settembru – Italja

Skont il-Kap Eżekuttiv Chase Carey, l-ebda tellieqa mhi ser tiġi kkanċellata lanqas jekk ikun hemm xi sewwieq li jirriżulta pożittiv għall-Covid-19. L-istaġun tal-Formula 1 kellu jiġi pospost minn Marzu li għadda wara li wieħed mill-mekkaniċi tal-McLaren irriżulta pożittiv għall-Covid-19. L-ewwel tlielaq ser isiru bil-bibien magħluqa, u t-timijiet ser jivvjaġġaw minn pajjiż għall-ieħor fuq titjiriet charter sabiex jibqgħu iżolati u ma jiġux f’kuntatt ma’ nies oħra li m’għandhomx x’jaqsmu mal-isport.

Skont Carey, sal-aħħar ta’ Ġunju għandu jkun ippubblikat il-bqija tal-kalendarju tal-istaġun għaliex s’issa għadhom qed isiru t-taħdidiet liema pajjiżi ser jospitaw aktar tlielaq.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Fernando Alonso, l-Ispanjol darbtejn Champion tad-Dinja, se jirritorna fil-Formula 1 mill-istaġun li ġej baħala sewwieq tal-Formula 1. Alonso, darbtejn Champion tad-Dinja, se jagħlaq 39 sena dan ix-xahar. Alonso kien irtira…

Formula 1

Ritorn mill-isbaħ għall-Formula 1 fil-Gand Prix inawgurali tal-Awstrija wara li l-ewwel Grand Prix oriġinalment fil-kalendarju kellhom jkunu kanċellati jew posposti. Il-Ħadd wara nofsinhar spettaklu ta’ sewqan u emozzjonijiet sal-aħħar lap,…

Formula 1

L-erba’ darbiet champion tad-dinja tal-Formula 1 Sebastian Vettel irrikonoxxha li l-karriera tiegħu se tintemm hekk kif jintemm l-istaġun. Il-Ġermaniż se jkun qed isuq għall-aħħar sena mal-Ferrari bis-sewwieq Carlos Sainz li…

Formula 1

Hekk kif fi tmiem il-ġimgħa jibda l-istaġun tal-Formula 1, is-sewwieqa jidher li qed jiftehmu bejniethom dwar x’tip ta’ azzjoni għandhom jagħmlu biex jibgħatu messaġġ kontra r-razziżmu. Is-sewwieq tal-McLaren Lando Norris…

Aktar