Futbol internazzjonali
Imniedi d-dokumentarju dwar Diego Armando Maradona

Ftit tal-jiem ilu ġie mniedi d-dokumentarju “Diego Maradona,” li jitfa’ dawl dwar il-ħajja ta’ dan l-istilla Arġentin mal-familja tiegħu u mal-plejers sħabu. Dan id-dokumentarju li kien imniedi f’Cannes nhar il-Ħadd 19 ta’ Mejju fih filmati li qatt ma dehru qabel tal-ħajja ta’ Maradona. Il-filmati juri l-mumenti sbieħ kif ukoll dawk inqas tal-ħajja mħallta tal-istilla Arġentin li lura fis-snin xegħel id-dinja tal-futbol internazzjonali.

Sfortunatament għalih, Maradona ma setax ikun preżenti għat-tnedija tad-dokumentarju għaliex bħalissa għandu uġiegħ fi spalltu u għadhom qegħdin isirulu t-testijiet neċessarji sabiex jiġi determinat x’qiegħed jikkawża dan l-uġiegħ.

Id-direttur tad-dokumentarju, Asif Kapadia qal li hemm filmati u ritratti li lanqas Maradona stess għadu qatt ma ra, u allura qed jistenna li l-Arġentin ta’ 58 sena jemozzjona ruħu x’ħin jara l-istorja għall-ewwel darba. Dan mhuwiex l-ewwel dokumentarju li għamel Kapadia dwar stilel tal-passat. Fil-fatt, s’issa għamel dokumentarji dwar Ayrton Senna u Amy Winehouse fost l-oħrajn.

Il-ħajja ta’ Diego Armando Maradona kienet u għadha waħda mħallta sew. L-Arġentin kien mar fl-Italja fil-qofol tal-karriera tiegħu fejn hemmhekk kien meqjus bħala ‘salvatur’ mill-partitarji Naplitani, li magħhom qatta’ biċċa kbira mill-karriera tiegħu. Jibqa’ magħruf ukoll għall-famuża ‘hand of God’ fil-logħba li l-Arġentina kienu għelbu lill-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja tal-1986.

Wara li temm il-karriera tal-futbol bħala plejer, Maradona prova jmexxi lill-Arġentina bħala kowċ, imma kien falla, u ħajtu saret taqliba ta’ taħt fuq, fejn diversi drabi kellu jkun rikoverat l-isptar minħabba l-ħajja estravaganti li jgħix. Fil-preżent Maradona huwa l-kowċ tat-tim Messikan tat-Tieni Diviżjoni, Dorados.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wara t-telfa kerha tat-Tlieta li għadda ta’ Real Madrid fi Franza kontra Paris St Germain bi skor ta’ 3-0, teżisti possibbiltà kbira li ġganti Spanjoli jneħħu lill-kowċ tagħhom Zinedine Zidane….

Futbol internazzjonali

L-ex plejer professjonali Olandiż Kelvin Maynard inqatel b’tiri ta’ arma tan-nar meta żewġ persuni fuq mutur għaddew minn mal-karozza tiegħu sparaw tiri li laqtuh u ħallewh tal-post. Maynard hu ex…

Futbol internazzjonali

Il-President tal-FIFA Gianni Infantino għal darb’oħra reġa’ ħeġġeġ lill-Iran sabiex in-nisa jitħallew jidħol fl-istadiums sabiex isegwu l-futbol. Dan l-appell mingħand Infantino wasal ftit tal-jiem qabel mal-Iran jilqgħu f’darhom lill-Cambodia, u…

Futbol internazzjonali

UEFA EUROPA LEAGUE 2019/20 MATCH DAY 1 – Il-Logħbiet tad-9pm Grupp G FC Porto 2 – 1 Young Boys Rangers – 1 – 0 Feyenoord Grupp H RCD Espanyol 1…

Aktar