Imniedi t-team Malta Racing Formula 4

Rapport Chris Cauchi

Fi sfond mill- isbaħ ġewwa Hastings fil-Belt Valletta, kien imniedi uffiċċjalment it-tim Malta Racing Formula 4 li miegħu is-sewwieq żagħżaugħ Malti Keith Camilleri għamel id-debutt tiegħu fil- Formula 4 f’Adria fil-ġimgĦat li gĦaddew.

Debutt feliċi kif anke ddeskrivih … Danilo Rossi .. eks-ċampjin tal-kart li qed isegwi l- progress ta’ Keith mill-qrib.

Is-serata kienet ippreżentata mill-ġurnalist veteran Pierre Vella, filwaqt li saru interventi mill-President tal- Federazzjoni tal- Motorsport Tonio Cini, mil-Ministru Manuel Mallia li żvela kif anke hu kien jieħu sehem fil-hill climbs fil-passat, u mis-Segretarju Parlamentari Chris Agius.

Kollha wrew ruħhom sodisfatti għal din l-inizjattiva u faħħru ix-xogħol li sar mill-Federazzjoni f’dan ir-rigward.

Intervistat minn Pierre Vella … Keith Camilleri li miegħu fit-tim hemm l-Amerikan Zach Dante … spjega li għalih din kienet esperjenza indeskrivibbli.

Kuntent bl-andament tal-ewwel tiġrija u m’għandux dubju li ser jkun hemm meljorament hekk kif il-kampjonat ikompli jiżvolgi ruħu fix-xhur li ġejjin.

L-appuntament li jmiss issa huwa f’Imola għad- 29 ta Ġunju.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

It-tennis jista’ ma jieqaf kompletament għal din is-sena, skont ma qal iċ-Chief Executive tal-All England Lawn Tennis Club, Richard Lewis. Il-pandemija tal-coronavirus ħarbtet il-kalendarju tat-tennis professjonali u l-aħħar tournament pospost…

Boxing

Anthony Joshua ikun interessat ħafna li jiġġieled lil Tyson Fury jekk isir ftehim li tiġi posposta l-ġlieda li għandu kontra Deontay Wilder. Dan qalu l-promoter tal-boxing Eddie Hearn. Joshua għandu…

Sport Lokali

Bħalissa għadejja diskussjoni bejn diversi coaches u ġenituri ta’ atleti Maltin li qed jaraw kif jistgħu jżommu l-livell għoli ta’ taħriġ tat-tfal tagħhom hekk kif kważi l-attivita’ sportiva kollha f’Malta…

Rugby

Il-kowċ Eddie Jones laħaq ftehim sabiex jestendi l-kuntratt tiegħu hu jibqa’ jmexxi lit-team Nazzjonali tar-Rugby Union tal-Ingilterra għal erba’ snin oħra. Issa Jones se jkun qed imexxi lit-team Nazzjonali Ingliż…

Aktar