Futbol lokali
Impenn f’Malta għat-tim Nazzjonali U19 tan-Nisa fil-UEFA European Women’s Under 19 Championship

Football: Il-Kowċ tat-tim Nazzjonali Malti tan-nisa ta’ taħt id-19 -il sena Frank Schembri sejjaħ l-iskwadra finali għal-mini tournament li se jsir f’Malta tal-UEFA European Women’s Under 19 Championship. It-Tournament se jsir fis-Centenary stadium bejn l-20 u s-26 ta’ dan ix-xahar.

Malta se tkun qed tospita l-Grupp li fih se jilagħbu l-Iżrael, l-Georgia u r-Rumanija.

Fost il-plejers li ssejħu fl-iskwadra hemm żewġ plejers li qed jilagħbu barra minn Malta li huma Emma Ciantar Piccinino ta’ Sunderland Foundation of Light u Kailey Willis ta’ Hellas Verona.

L-ewwel logħba tat-tim Malti tkun nhar l-Erbgħa fil-11am kontra l-Iżrael.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.