Futbol lokali
Imut Benny Casha ex President ta’ Senglea Athletic u ta’ Senglea Regatta

L-Erbgħa filgħaxija kienet ikkonfermata l-aħbar li Benny Casha ħalla din id-dinja f’aħbar li xxokjat lil bosta nies involuti fil-futbol u fit-xena tat-teatru lokali.

Casha instab mejjet fil-Kalkara fejn kollox qed jindika li kienet mewta naturali. Huwa miet fl-eta ta’ 48 sena.

Hu kien magħruf bħala ‘Benny tal-Bronk’ hekk kif għal snin twal ħadem fil-qasam tad-drama kif ukoll fil-produzzjonijiet tat-televiżjoni.

Casha li hu mill-Isla kien involut ukoll ħafna fl-Isport. Hu lagħab għal diversi snin mat-team tal-kbar tal-football ta’ Senglea Athletic fit-Tieni u anke fl-Ewwel Diviżjoni. Meta missieru Joe ex Sindku tal-Isla kien waqaf jagħti servizz lil Club tal-Footbol ta’ Senglea Athletic bħala President tal-Club kien l-istess Benny li ħa l-kariga ta’ President għal snin twal fi snin diffiċli ħafna għas-Sengleani. Fl-aħħar staġuni kien qed jokkupa l-kariga ta’ Viċi President tal-Club.

Fil-passat hu kien ukoll il-President tal-Club tar-Regatta tal-Isla u għal xi żmien anke tal-Club tal-boċċi ta’ Ħal Għaxaq.

Casha kien ukoll membru fil-Kunsill tal-Malta Football Association u kien supporter ferventi tat-team Ingliż ta’ Arsenal.

Għal xi snin kien involut ukoll fil-Karnival ta’ Malta fejn kien kompetitur f’diversi kategoriji.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Birkirkara huma ċ-champions tal-football lokali tan-nisa għat-tielet staġun konsekuttiv wara li bi draw ma’ Hibernians żammew vantaġġ li bih ma jistgħux jintlaħqu iżjed fil-quċċata tal-klassifika. Fil-partita tal-bieraħ fis-Centenary Stadium, it-tfajliet…

Futbol lokali

TVMSport bi pjaċir jista’ jħabbar li l-finali tat-Tazza BOV GFA ta’ din is-sena, għall-ewwel darba fl-istorja tal-kompetizzjoni se tintwera diretta fuq l-istazzjonijiet tal-PBS. Il-finali se tintlagħab fil-Gozo Stadium nhar il-Ħadd…

Futbol lokali

Eku tal-każ ta’ Jude Amin Utulu r-referee li kien sospiż għal għomru minn kull attivita’ fil-football mis-Sotto Kumitat tad-Dixxiplina tar-Referees. Fi żvilupp il-Board tal-appell tal-MFA wara li kkunsidra l-fatti u…

Futbol lokali

Sitt plejers tal-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Dawn huma Cain Attard ta’ Birkirkara FC, Zachary Scerri ta’ Gżira United FC, Nemanja Radojevic ta’ Hibernians…

Aktar