Motorsport
Imut Carlo Ubbiali fl-età ta’ 90 sena

Id-disa’ darbiet champion tal-Moto GP Carlo Ubbiali miet fl-età ta’ 90 sena. Din l-aħbar ħarġet mill-midja Taljana t-Tlieta 2 ta’ Ġunju. Ubbiali tellaq għall-ewwel darba fil-kampjonat tal-1949, u aktar tard iddomina l-kategoriji tal-125cc u l-250cc.

Carlo Ubbiali huwa t-tielet l-aqwa sewwieq Taljan li qatt ikkompeta fil-Moto GP, wara Giacomo Agostini u Valentino Rossi. Fil-karriera tiegħu Ubbiali rebaħ it-titlu tal-125cc sitt darbiet u tliet darbiet fil-kategorija tal-250cc.

Ubbiali kien itellaq fuq l-MV Augusta qabel mal-manifatturi Ġappuniżi bdew jiddominaw id-dinja tal-muturi.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport tixtieq tifraħ lil Island Karting Club għall-inawgurazzjoni tal-korsa tal-karting f’Ħal Far. Il-Federazzjoni hija grata lejn kull min kien involut fosthom Infrastructure Malta għall-appoġġ tagħhom fit-tlestija ta ’din…

Motorsport

Iċ-Ċili se jkunu qed jospitaw l-ewwel tellieqa fil-kalendarju tal-Formula E, ‘the Santiago E-Prix’. L-ewwel tellieqa ssir fis-16 ta’ Jannar. Il-kampjonat itemm bl-aħħar Grand Prix f’Londra, f’Lulju. Il-line up tal-kalendarju kien…

Motorsport

Il-Malta Motorsport Federation ilha taħdem mill-qrib mal-FIA fuq inizjattiva ġodda specjalment f’dan iż-żmienijiet ta’ impatt tal-COVID-19, biex toħloq programm online ta’ taħriġ għas-sewwieqa żgħażagħ (YDP). Il-President tal-MMF, Tonio Cini, iddikjara…

Motorsport

Is-sewwieqa tal-Mercedes Lewis Hamilton u Valtteri Bottas irritornaw fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone għall-ewwel darba minn Frar li għadda meta bdew it-taħriġ taħt protokolli ġodda. Is-sewwieqa bdew jitħarrġu b’restrizzjonijiet minħabba l-pandemija…

Aktar