Żwiemel
Imut Ċensu Debono, sid ta’ diversi żwiemel tat-tiġrija fil-Marsa

Tħabbret il-mewt ta’ Ċensu Debono, wieħed mis-sidien ta’ diversi żwiemel tat-tiġrija fil-korsa tal-Marsa.

Is-Sur Debono, għal snin twal, kien persuna ferm popolari ma’ dan l-isport.

Fost diversi żwiemel, Ċensu Dobono jibqa’ magħruf għaż-żiemel, In Vitro du Bourg.

Hu kellu 84 sena.

Il-Malta Racing Club sellmet lis-Sur Debono b’kitba fuq il-profil uffiċjali ta’ facebook.

TVMSport jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Debono.

Miktub minn...
TVM Sport