Futbol lokali
Imut Edward Aquilina, ex plejer, kowċ u kontributur f’TVMSport

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Edward Aquilina, ex plejer, kowċ u kontributur f’TVMSport.

Aquilina kellu 75 sena. Hu twieled fit-2 ta’ Settembru 1945.

Fil-karriera tiegħu, Aquilina lagħab ma’ Sliema Wanderers, Hibernians u mat-tim nazzjonali Malti.

Hu kien inħatar kowċ ta’ Valletta FC fl-istaġun 1994/95 u dam fil-kariga sal-istaġun 1997/98.

Hu kien kowċ ukoll ma’ Sliema Wanderers bejn l-istaġun 2003/04 sal-istaġun 2005/06 fejn flimkien ma’ Hugh Caruana ddominaw il-futbol Malti għal tliet snin sħaħ, taħt il-Presidenza ta’ Robert Arrigo.

Edward Aquilina għamel ukoll snin twal kontributur mal-istazzjonijiet nazzjonali tal-Public Broadcasting Services. Hu għamel perjodu twil kummentatur tekniku tal-partiti tat-tim nazzjonali Malti.

TVMSport jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Aquilina.

Miktub minn...
TVM Sport