
Moto GP
Imut Fausto Gresini, ex sewwieq tal-Moto GP
Tħabbret il-mewt ta’ Fausto Gresini, ex sewwieq tal-Moto GP.
Gresini miet fl-età ta’ 60 sena f’Bologna, xahrejn wara li nstab pożittiv għall-coronavirus.
Gresini kien rebaħ żewġ titlu mondjali fil-125 ċilindrata fi 12-il staġun sakemm inħatar manager tal-istess team.
It-Taljan kien inżamm fl-isptar ta’ Bologna f’Diċembru li għadda u nħareġ f’Jannar meta l-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-aħjar.
Madankollu, fl-aħħar jiem, Gresini reġa’ beda jbati minn problemi ta’ nifs sakemm waqa’ f’koma u miet fl-aħħar sigħat.