Futbol internazzjonali
Imut Gianfranco De Laurentis, ġurnalist ta’ RAI Sport

Tħabbret il-mewt ta’ Gianfranco De Laurentis, ġurnalist sportiv tar-Rai u personalità kbira fl-isport u t-televiżjoni Taljana.

Hu kellu 81 sena.

De Laurentis miet f’Ruma u kien ilu jaħdem ma’ Rai Sport għal aktar minn 30 sena.

Hu preżenta programmi bħal Dribbling, Domenica Sprint, Eurogol u Pole Position.

De Laurentis kien meqjus għall-elegenza u l-kompetenza li kellu fl-isport kollu.

Bejn l-1993 u l-1994 kien anki l-Kap tat-Taqsima RAI Sport.

Miktub minn...
TVM Sport