Futbol internazzjonali
Imut id-difensur ta’ Morecambe Christian Mbulu

Id-difensur tal-klabb ta’ Morecambe, Chrisitian Mbulu, miet fl-età ta’ 23 sena.

L-ex plejer ta’ Motherwell kien beda l-karriera professjonali tiegħu ma’ Millwall u lagħab ukoll ma’ Brentwood, Braintree u Crewe.

Mbulu twieled f’Londra u ffirma ma’ Morecambe f’Jannar li għadda, wara perjodu qasir ma’ Crewe.

Fi stqarrija, Morecambe qali li Mbulu kien wieħed mill-plejers l-aktar popolari tal-klabb u li l-aħbar tal-mewt tiegħu kienet xokk għalihom kollha.

Mbulu kien lagħab ukoll staġun fl-Iskozja ma’ Motherwell fl-2018.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Serie A: Lazio l-bieraħ filgħaxija tilfu l-opportunita’ li jżommu ‘l pass ma’ Juventus hekk kif fi Stadio Olimpico kienu mgħeluba bl-iskor ta’ 3-0 minn Milan. Ir-Rossoneri filvantaġġ mit-Tork Hakan Calhanoglu…

Futbol internazzjonali

Andrea Pirlo se jinħatar kowċ tat-tim ta’ taħt it-23 sena ta’ Juventus. ‘Il Maestro’, hekk kif inhu magħruf, ġab il-liċenzja ta’ kowċ minn Coverciano stess. Hu kien irtira fl-2017. Skont…

Futbol internazzjonali

Għal xhur sħaħ kien hemm diversi għidut u spekulazzjonijiet li Lionel Messi, il-captain ta’ Barcelona, irid jitlaq lit-tim. Matul il-pandemija tal-Covid-19 l-Arġentin kien wieħed mill-plejers li attakka l-amministrazzjoni tal-klabb fil-miftuħ,…

Futbol internazzjonali

Real Madrid 1   Getafe 0 Real Madrid resqu pass eqreb viċin it-titlu meta għelbu lil Getafe 1-0. Din ir-rebħa fissret 3 punti oħra għal-Los Blancos li issa fetħu 4 punti…

Aktar