Bocci
Imut il-President tal-Klabb tal-Boċċi tal-Mosta

Il-kamp sportiv, speċjalment dak fil-qasam tal-boċċi tilef kontributur kbir tal-logħba hekk kif tħabbret il-mewt tal-President tal-Mosta Boċċi Club, Felix Pace. Huwa miet fl-għomor ta’ 85 sena.

Felix Pace kien ilu għal dawn l-aħħar 30 sena jagħti l-kontribut siewi tiegħu għall-isport tal-Boċċi.

L-aħħar tislima se tingħatalu għada Sibt 23 ta` Ottubru fil-Bażilika ta’ Santa Marija Assunta tal-Mosta fis-2.00 p.m.

TVM jagħti l-kondoljanzi lill-qraba u lill-ħbieb tas-Sur Pace.

Miktub minn...
Owen Galea