Futbol lokali
Imut Jimmy Borg eks kowċ fl-akkademja ta’ Mosta FC
Tħabbret il-mewt ta’ Jimmy Borg eks kowċ fl-akkademja ta’ Mosta FC. Wara li temm il-karrieta ta’ plejer Borg beda l-karriera tal-coaching fejn għal diversi snin kien coach fl-akkademja ta’ Mosta FC. Hu għamel żmien twil ukoll attiv bħala membru fil-kumitat ċentrali ta’ Mosta FC. Jimmu hu missier l-eks plejer ta’ Mosta FC illum ma’ Sirens FC Adrian Borg.
Fost dawk li l-ewwel sellmlu l-memorja tiegħu kien il-Club stess Mosti kif ukoll il-Malta Football Coaches Association. TVM Sport iwassal il-kondoljanzi lill-familja Borg.
Miktub minn...
TVM Sport
.