Futbol lokali
Imut l-ex player Leonard Zammit ‘iċ-Ċukaj’ fl-età ta’ 29 sena

Il-Komunita’ tal-football speċjalment dik taż-Żurrieq tinsab ixxukjata bil-mewt ħabta u sabta ta’ Leonard Zammit li kien jilgħab ma’ Żurrieq FC u ma’ Kirkop United rispettivament. Hu kien jilgħab ukoll il-Futsal fejn lagħab ma’ Sirens u Safi riċentament.

Hu miet il-bieraħ filgħaxija fl-eta’ ta’ 29 sena. Minn informazzjoni li għandu TVM Sports jidher li Zammit miet fir-residenza tal-ġenituri tiegħu f’Ħal Safi, fejn wara li ħassu ħażin issejħet l-ambulanza iżda Żammit kien diġa’ tilef ħajtu. Sorsi li tkellma magħna qalu li Zammit miet b’kawża naturali.

Fil-kampjonat tal-MFA Zammit magħruf bħala ‘ċ-Ċukaj’ lagħab ma’ Żurrieq bejn l-2004 u l-2009 filwaqt li ma’ Kirkop hu lagħab għal żewġ staġuni bejn l-2009 u l-2011. Hu kien idebutta mat-team ta’ pajjiżi Żurrieq FC ta’ 16 -il sena fil-kampjonat tat-Tielet Diviżjoni f’Diċembru tas-sena 2004 kontra Xgħajra Tornadoes.

TVM Sport jagħti l-kondoljanzi lill-familja Zammit.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Fl-Okkażjoni tal-45 sena li tfakkar ir-relazzjonijiet ta’ koperazzjoni bejn il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Esercito Italiano se tkun organiżżata logħba football nhar it-Tnejn li ġej fil-Luxol Stadium. Bħala parti mill-preparazzjoni…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Valletta……6 Qormi……..0 Valletta ħadu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat BOV Premier meta kontra Qormi huma rebħu bl-iskor ta’ 6-0, f’logħba li sa mill-ewwel minuta tagħha dehret li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Pieta H. ….1 Senglea A…1 Wara 5 minuti logħob xutt fil- baxx ta’ Romani Tcanturia ġie salvat faċilment minn Nicky Vella. Fil 15 –il minuta ħarba…

Aktar