Boxing
Imut Leon Spinks, ex Champion tal-heavyweight tal-boxing

Tħabbret il-mewt tal-boxer Leon Spinks wara snin twal jiġġieled il-marda tal-kanċer.

Spinks, rebieħ ta’ Midalja tad-Deheb fl-Olimpjadi, kien għeleb lil Muhammad Ali biex sar Champion tad-Dinja tal-heavyweight.

Hu kellu 67 sena u l-familja tiegħu ħabbret li Spinks miet imdawwar mal-familjari tiegħu.

Spinks kien beda billi rebaħ il-Midalja tad-Deheb fil-light heavy weight fl-Olimpjadi tal-1976 f’Montreal fil-Kanada.

Hu kien irtira mill-boxing fl-età ta’ 42 sena.

 

Miktub minn...
TVM Sport