Futbol lokali
Imut Lolly Borg, ex plejer ta’ Floriana FC u tat-tim nazzjonali Malti
Dalgħodu tħabbret l-aħbar tal-mewt ta’ Lolly Borg, ex plejer ta’ Floriana FC u tat-tim nazzjonali Malti tas-Snin ’50 u ’60.
Borg kien wieħed mill-plejers fl-iskwadra nazzjonali li lagħbu l-ewwel partita uffiċjali ta’ Malta kontra l-Awstrija, lura fl-24 ta’ Frar 1957, fl-Empire Stadium, fil-Gżira.
Huwa kellu 88 sena.
TVMSport jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Borg.
Miktub minn...
TVM Sport