Futbol lokali
Imut Lolly Debattista, leġġenda ta’ Floriana FC u l-ewwel rebbieħ tal-Plejer tas-Sena tal-MFA

Tħabbret il-mewt ta’ Lolly Debattista, l-ewwel plejer fl-Istorja tal-futbol Malti li kien rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-MFA, fl-istaġun 1954/55.

Debattista miet fl-età ta’ 91 sena.

Fil-karriera tiegħu, Debattista lagħab 20 sena futbol ma’ Floriana, mis-sena 1947 sas-sena 1967.

Hu rebaħ 7 kampjonati, 9 FA Trophy’s u 6 Cassar Cups.

Lolly Debattista lagħab ukoll tliet partiti mat-tim nazzjonali Malti, fosthom l-ewwel partita kontra l-Awstrija fl-24 ta’ Frar 1957.

Hu kkowċja lil Hamrun Spartans u Valletta.

TVMSport jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Debattista.

Miktub minn...
TVM Sport