Futbol internazzjonali
Imut Mario Corso, ex plejer ta’ Inter tal-kowċ Helenio Herrera

Tħabbret il-mewt ta’ Mario Corso, ex plejer tal-‘Grande Inter’ ta’ żmien il-kowċ Helenio Herrera.

Hu kellu 78 sena u fl-aħħar jiem kien rikoverat fl-isptar.

Corso lagħab ma’ Inter bejn l-1957 u l-1973.

Hu jibqa’ l-iżgħar plejer fl-Istorja tal-klabb ta’ Inter li qatt skurja gowl fis-Serie A, ta’ 17-il sena u 92 ġurnata.

Mario Corso lagħab 502 partiti bil-flokk ta’ Inter u b’kollox skurja 94 gowl.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Futbol internazzjonali

Barcelona jinsabu fil-quċċata tal-klabbs Ewropej li għandhom l-aktar salarji għoljien, medja ta’ 12.18 miljun dollaru fis-sena lil kull plejer. Is-sit SafeBettingSites.com ħarġu b’din l-informazzjoni lbieraħ u qalu li fid-dinja hawn…

Aktar