
Futbol lokali
Imut Martin Attard, ex plejer ta’ Hamrun Spartans
Tħabbret il-mewt ta’ Martin Attard, ex plejer ta’ Hamrun Spartans.
Martin Attard kellu 82 sena.
Attard kien wieħed minn seba’ aħwa li lagħbu mal-Ispartans tul il-karriera tagħhom.
Hu lagħab 27 partita ma’ Hamrun Spartans u fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma’ Marsa u Qormi Youngsters.
TVMSport jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Attard.