Futbol lokali
Imut Paul Falzon, ex President ta’ Luxol St Andrews FC

Tħabbret il-mewt ta’ Paul Falzon, ex President u Membru tal-Kunsill tal-MFA f’isem Luxol St Andrews.

Hu kellu 73 sena.

Falzon kien ukoll membru tal-Eżekuttiv tal-Malta Football Association.

Falzon kien wieħed mis-sidien tal-Luxol Grounds, proġett li fl-aħħar snin laqa’ fih eluf ta’ persuni jilagħbu l-futbol f’atmosfera ta’ ħbiberija.

Paul Falzon kien ex plejer tal-waterpolo ta’ Valletta.

Hu jibqa’ mfakkar għall-karattru ċajtier li dejjem kellu.

TVMSport jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Falzon.

Miktub minn...
TVM Sport