Futbol internazzjonali
Imut plejer Peruvjan u żewġ plejers Kolumbjani jweġġgħu f’inċident tat-traffiku

Il-plejer Peruvjan Juan Pablo Vergara miet f’inċident tat-traffiku fil-Perù u fl-istess karozza kien hemm żewġ plejers Kolumbjani li spiċċaw imweġġgħa. Jidher li l-inċident seħħ minħabba l-maltemp qawwi li kien hemm fir-reġjun ta’ Puno fil-Perù. Vergara kien plejer veteran fil-kampjonat Peruvjan wara li fil-karriera tiegħu lagħab ma’ diversi klabbs. Il-plejers Kolombjani li jilagħbu mal-istess tim, Donald Millan u Jeferon Collazos weġġgħu fl-inċident imma mistennija jinħarġu mill-isptar fil-jiem li ġej. Skont il-kowċ ta’ Binacional Roberto Mosquera, il-plejers kienu sejrin għat-taħriġ meta Vergara tilef il-kontroll tal-vettura minħabba l-maltemp li kienu għaddejjin minnu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Id-difensur Spanjol Alvaro Odriozola ngħaqad ma’ Bayern Munich b’self mingħand Real Madrid. Id-difensur li fil-karriera tiegħu lagħab anke ma’ Real Sociedad, ingħaqad maċ-champions Ġermaniżi wara li ma tantx qiegħed isib…

Futbol internazzjonali

Leicester City 4   West Ham 1 Leicester City żammew il-pass ma’ Manchester City fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika tal-Premier Ingliż meta fil-King Power Stadium għelbu lil West Ham 4-1. Leicester fetħu…

Futbol internazzjonali

Juventus 3   Roma 1 Juventus għaddew għas-semifinali tal-Coppa Italia meta rebħu lil Roma 3-1, bil-plejers Juventini jiskurjaw l-erba’ gowls tal-logħba. Kien Cristiano Ronaldo li fetaħ l-iskor fis-26 minuta wara li…

Futbol internazzjonali

Il-plejers, managment, staff u partitarji taw tislima lill-plejer Emiliano Sala, f’ċerimonja kommemorattiva, sena mill-mewt tiegħu, fil-Katidral ta’ San David f’Cardiff. Sala kien miet f’inċident traġiku tal-ajru fil-21 ta’ Jannar meta…

Aktar